Publications Office of the EU
EU mobile apps - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
DisplayCustomHeader
Dockbar
POLITIKA TAL-PRIVATEZZA: applikazzjonijiet tal-mowbajl

POLITIKA TAL-PRIVATEZZA

TRATTAMENT TAD-DATA TIEGĦEK

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utenti.

Il-politika dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni hi bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Aħna ma niġbrux, ma nipproċessawx u ma niżvelawx id-data personali tiegħek permezz ta’ din l-applikazzjoni tal-mowbajl.

KIF NITTRATTAW L-EMAILS LI TIBGĦATILNA?

Meta tibgħat email jew talba, id-data personali tiegħek tiġi pproċessata biss skont kif ikun neċessarju għalina biex inwieġbu. Jekk it-tim tal-immaniġġjar tal-mailbox ma jkunx jista’ jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, jgħaddi l-email tiegħek lil xi servizz ieħor. Tiġi infurmat, permezz ta’ email, lil liema servizz tkun ingħaddietlu l-mistoqsija tiegħek.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata, tiddejjaqx tinkludihom fil-messaġġ tiegħek.

L-ipproċessar tad-data personali mill-Helpdesk tagħna hu kopert minn dikjarazzjoni ta’ privatezza u l-ipproċessar speċifiku ġie nnotifikat lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni Ewropea bir-referenza li ġejja: DPR-EC-00493

L-UPD tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha li jipproċessaw id-data personali.

Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġejja: http://ec.europa.eu/dpo-register.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT

Jekk ikollok xi kummenti jew mistoqsijiet, kwalunkwe tħassib jew ilment, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz ta’ din l-informazzjoni ta’ kuntatt:

Email: OP-MOBILE-APPS@publications.europa.eu.